Scientix Online Meeting Room

Kif tibbukkja kamra:

  1. Iċċekkja jekk il-kamra hijiex disponibbli fil-kalendarju hawn taħt
  2. Imla l-formola fl-qiegħ ta’ din il-paġna. Jekk il-proġett tiegħek għadu mhuwiex fuq il-portal ta’ Scientix, infurmana permezz ta’ scientix (at) eun.org
  3. Fi żmien jumejn tax-xogħol, Scientix jibgħatlek email ta’ konferma u l-attività tiegħek tkun inkluża fil-Kalendarju.

Informazzjoni importanti:

  • Inti tirċievi email b’link biex taċċessa l-kamra tal-laqgħat. Dik l-email ikun fiha l-informazzjoni li għandek taqsam mal-parteċipanti. Fil-każ ta’ avvenimenti "pubbliċi" biss, din il-link tkun inkluża wkoll fil-Kalendarju u Scientix tgħinek tqassam l-attività.
  • Scientix tiftaħ is-sessjoni madwar 20 minuta qabel il-laqgħa. Matul dan iż-żmien inti tkun tista’ tidħol fil-kamra u Scientix tittrasferilek l-irwol ta’ preżentatur u ospitant biex tipprepara s-sessjoni tiegħek qabel jingħaqdu l-kumplament tal-parteċipanti.
  • Jekk inti l-ospitant, jekk jogħġbok, titlaqx mil-laqgħa qabel tintemm is-sessjoni. Meta l-ospitant jitlaq, il-laqgħa tintemm għal kulħadd u ma jkunx possibbli li terġa’ tinfetaħ.
  • Rappreżentant mit-Tim ta’ Scientix jibqa’ hemm matul l-ewwel 10 minuti tas-sessjoni biex jgħin b’xi problemi tekniċi, imbagħad jitlaq biex jirrispetta l-privatezza tal-laqgħa.
  • Jekk jogħġbok innota li jkun hemm Slajd ta’ Merħba mingħand Scientix li għandha tintwera lill-parteċipanti kollha fil-bidu tal-laqgħa.
  • F’każ li tkun interessat/a li tirrekordja s-sessjoni, agħfas il-buttuna "Irrekordja" fil-menu Bidu Malajr.
  • L-użu tal-Kamra tal-Laqgħat Online ta’ Scientix tista’ tintalab minn: 1) Kull proġett li hemm fuq il-portal ta’ Scientix ; 2) L-Ambaxxaturi ta’ Scientix ; 3) Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Scientix.

Informazzjoni teknika:

• It-teknoloġija tal-kamra tal-laqgħat online użata hija l-għodda tal-Konferenzi Adobe Connect.
• Adobe Connect teħtieġ il-plugin tal-brawżer ta’ Flash. Dejjem żomm il-plugin ta’ dan il-brawżer u oħrajn aġġornati biex tiżgura l-aħjar u l-aktar esperjenza sigura meta tuża Adobe Connect.

Ċaħda
Scientix mhuwiex responsabbli għal kwistjonijiet li jinħolqu mill-użu tal-Kamra tal-Laqgħat Online ta’ Scientix.

 

BOOK A MEETING IN THE SCIENTIX ONLINE MEETING ROOM HERE