Ikkuntattja l-membri tagħna

Scientix hija pjattaforma ta’ komunità b'saħħitha li tgħinek tikkuntattja persuni, proġetti u organizzazzjonijiet oħra fl-edukazzjoni tax-xjenza madwar l-Ewropa, u madwar id-dinja! L-utenti rreġistrati kollha tal-portal online ta’ Scientix jistgħu jikkuntattjaw membri oħra, sakemm is-settings tal-privatezza tagħhom jippermettulhom li jagħmlu dan u sakemm ma jużawhx għal skopijet kummerċjali. L-għodda tat-tlaqqigħ ta’ Scientix u l-chat ta’ Scientix jagħmluha possibbli għall-utenti biex jikkuntattjaw lil xulxin direttament f’ħin reali!

L-għodda tat-tlaqqigħ ta’ Scientix

L-għodda tat-tlaqqigħ ta’ Scientix tippermetti lir-riċerkaturi u lill-maniġers tal-proġetti jikkuntattjaw membri tal-komunità ta’ Scientix (għalliema u professjonist oħra tal-edukazzjoni) u jistidnuhom jikkollaboraw fuq il-proġetti u l-inizjattivi edukattivi STEM tagħhom.

L-għodda hija primarjament maħsuba biex tiffaċilita l-kuntatti bejn l-għalliema tax-xjenza u l-proġetti edukattivi tax-xjenza: inti tista’ tfittex fid-direttorju pubbliku tal-profili skont kwalunkwe professjoni relevanti (eż. għalliema tas-sekondarja, kapijiet tal-iskejjel, eċċ.), pajjiż jew kapaċità, u tikkuntattja lill-membri magħżula direttament. Uża l-filtri t’hawn taħt u mbagħad ikklikkja fuq il-buttuna "Fittex"; mbagħad tkun tista’ tissottometti l-messaġġ tiegħek.

Biex tuża l-għodda tat-tlaqqigħ jeħtieġ li inti stess tkun membru rreġistrat tal-komunità ta’ Scientix u jeħtieġ li tkun illoggjat. Jekk tixtieq tkun ikkuntattjat permezz tal-għodda, ixgħel din il-karatteristika fil-profil pubbliku tiegħek.

Il-messaġġi kollha huma mmoderati mit-tim ta’ Scientix.

Iċ-chat ta’ Scientix

Ladarba tkun irreġistrat/a u lloggjata bħala utent ta’ Scientix fuq il-portal online, tkun tista’ tuża ċ-chat ta’ Scientix. Immedjatament wara li tilloggja fil-portal, tara strixxa griża fil-qiegħ tal-websajt. Simili għal Facebook Messenger, tista’ tikklikkja fuq it-tab “ħbieb online” tab fir-rokna lemin fit-tarf biex tara min aktar huwa lloggjat. Meta tikklikkja fuq l-utenti li inti interessat/a fihom, tkun tista’ tibda konverżazzjoni. Huwa daqshekk faċli!

Metatikklikkja fuq it-tab “Settings”, tkun tista’ tippersonalizza l-funzjonalitajiet taċ-chat. Tkun tista’ żżid messaġġ personali, tiddiżattiva ċ-chat jew tiffissa n-notifiki għal messaġġi ġodda.