Dwar Scientix
Scientix tippromwovi u jappoġġa kollaborazzjoni mifruxa mal-Ewropa kollha fost l-għalliema, ir-riċerkaturi dwar l-edukazzjoni, dawk li jfasslu l-politika STEM (ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika) u professjonisti oħra tal-edukazzjoni STEM.
Fl-ewwel stadju tiegħu (2009-2012), il-proġett bena portal online biex jiġbor u jippreżenta proġetti edukattivi Ewropej STEM u r-riżultati tagħhom, u organizza bosta workshops għall-għalliema. L-attività ewlenija ta’ netwerking kienet il-konferenza ta’ Scientix, li saret f’Mejju 2011 fi Brussell.
L-għan tat-tieni fażi tal-proġett Scientix (2013 – 2015) kien li jespandi din il-komunità għal-livell nazzjonali. Permezz ta’ netwerk ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCPs), Scientix laħqet komunitajiet ta’ għalliema nazzjonali, u kkontribwixxa għall-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali għal użu aktar mifrux ta’ approċċi msejsa fuq il-mistoqsijiet u approċċi innovattivi oħra għall-edukazzjoni tax-xjenza u l-matematika.
Din l-attività titkompla fit-tielet stadju ta’ Scientix (2016-2019), li hija ffinanzjata mill-programm Orizzont 2020 tal-Unjoni Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni. Oriġinarjament Scientix bdiet fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea u, sa mill-bidu tiegħu, kien ikkoordinat minn European Schoolnet, konsorzju ta’ tletin ministeri tal-edukazzjoni bbażat fi Brussell, li huwa fattur ewlieni għall-innovazzjoni fit-tagħlim u jrawwem il-kollaborazzjoni pan-Europew tal-iskejjel u l-għalliema.
Jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-Punt Nazzjonali ta’ Kuntatt ta’ Scientix f’pajjiżek jew lill-uffiċċju ċentrali ta’ Scientix f’European Schoolnet.
Kif tista’ tibbenefika minn Scientix?
Il-partijiet interessati ewlenin ta’ Scientix huma għalliema, riċerkaturi u maniġers tal-proġetti fl-edukazzjoni STEM, u dawk li jfasslu l-politika. Kull wieħed minn dawn il-gruppi jista’ jibbenefika mill-attivitajiet u l-avvenimenti ta’ Scientix.
għalliema:
- Ibbrawżja r-repożitorju tar-riżorsi ta’ Scientix u sib ispirazzjoni għall-klassijiet tiegħek
- Involvi ruħek fi proġett edukattivi Ewropej STEM permezz tal-għodda ta’ tqabbil tagħna
- Ipparteċipa f’workshops u korsijiet ta’ żviluppi professjonali nazzjonali u Ewropej
- Niżżel il-preżentazzjonijiet, vidjos u l-materjali kollha mill-konferenzi tagħna, u ibqa’ aġġornat/a dwar oħrajn fil-futur
- Ipparteċipa f’taħriġ online , webinars jew komunitajiet ta’ prattika
Riċerkaturi / maniġers tal-proġetti:
- Sib għalliema jew skejjel biex tikkollabora magħhom billi tibbrawżja d-direttorju tal-profili pubbliċi ta’ Scientix
- Ibbrawżja l-librerija tar-rapporti tal-proġett
- Ipparteċipa fl-attivitajiet ta’ netwerking ta’ Scientix għal proġetti edukattivi STEM
- Organizza attività flimkien ma’ Scientix, biex iżżid id-disseminazzjoni tiegħek u l-parteċipanti
- Ippreżenta l-proġett tiegħek f’konferenzi ta’ Scientix
Dawk li jfasslu l-politika:
- Uża l-Osservatorju ta’ Scientix għal informazzjoni dwar strateġiji nazzjonali fl-edukazzjoni STEM, u biex iżżomm ruħek aġġornat/a mas-sitwazzjoni fir-riċerka u l-prattika edukattiva STEM
- Ikkuntattja lill-komunità edukattiva STEM billi tingħaqad f'attivitajiet ta’ netwerking ta’ Scientix, skrinjar tad-direttorju pubbliku jew l-użu tal-għodda ta’ tqabbil
Pubblikazzjonijiet:
- 2015, Riżultati ta’ Scientix 2. Kif Scientix iżżid il-valur fl-edukazzjoni STEM, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
- Scientix
- 2015. L-appoġġ tal-kollaborazzjoni fl-edukazzjoni tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika fl-Ewropa mill-2010, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
- 2015, It-Tieni Konferenza ta’ Scientix 24-26 ta’ Ottubru 2014. Ir-riżultati, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
- Scientix
- 2014, . Il-Komunità għall-edukazzjoni tax-xjenza fl-Ewropa, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
- Scientix
- 2011, . Il-Komunità għall-edukazzjoni tax-xjenza fl-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Riċerka u Innovazzjoni: Brussell, Niżżel
Ingħaqad ma’ kollegi ta’ STEM f’pajjiżek!
Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali
Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Scientix (NCPs) jipprovdu rabta importanti bejn Scientix fuq il-livell Ewropew u l-attivitajiet li qed isiru f’pajjiżek. Huma jimpenjaw ruħhom ma’ komunitajiet nazzjonali ta’ professjonisti STEM, jinfurmaw dwar l-attivitajiet ta’ Scientix u jorganizzaw workshops nazzjonali, webinars u attivitajiet oħra. Ikkuntattja l-NCP f’pajjiżek!
Ambaxxaturi ta’ Scientix
L-Ambaxxaturi ta’ Scientix – membri tal-Bord tal-Għalliema tagħna – jippromwovu u jinformaw dwar Scientix lill-pari tagħhom - għalliema tax-xjenza u l-matematika madwar l-Ewropa. Jekk tixtieq torganizza preżentazzjoni dwar Scientix fl-iskola tiegħek, jew bħala parti minn attività, tista’ tikkuntattja lill-Ambaxxaturi ta’ Scientix fil-pajjiż jew ir-reġjun tiegħek
Ingħaqad f'attivitajiet Ewropej!
Il-Komunità ta’ Scientix
Irreġistra fuq il-portal biex tiltaqa’ ma’ eluf ta’ għalliema u edukaturi msieħba fuq il-portal ta’ Scientix. Bħala utenti rreġisrati, tistgħu tikkuntattjaw lill-membri l-oħra tal-komunità direttament u tiltaqgħu magħhom!
Attivitajiet ta’ taħriġ
Scientix toffri lill-għalliema tax-xjenza u lil edukaturi oħra l-opportunità li jattendu attivitajiet ta’ taħriġ biex tappoġġa l-Iżvilupp Professjonali Kontinwu (CPD). Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għal kulħadd bla ħlas! L-attivitajiet isiru kemm online kif ukoll f’attivitajiet wiċċ imb wiċċ madwar l-Ewropa.
Għall-klassi tiegħek!
Gallarija tal-proġetti
Fittex proġetti Ewropej, nazzjonali u lokali fl-edukazzjoni tax-xjenza. Tista’ wkoll tiffiltrahom skont l-interessi tiegħek!
Repożitorju tar-riżorsi
Tista’ tikkuntattja r-repożitorju ta’ Scientix biex issib kull tip ta’ materjali ta’ tagħlim li tista’ tuża għall-klassi tax-xjenza tiegħek!
Ittraduċi r-riżorsi favoriti tiegħek!
Sibt riżorsa b’lingwa oħra li tixtieq tuża? Mhux problema! Nistgħu nittraduċuhielek, assolutament bla ħlas!
Aktar dwar is-servizz ta’ Traduzzjoni fuq talba ta’ Scientix