Il-Komunità ta’ Scientix

Attivitajiet ta’ netwerking għal proġetti Edukattivi tax-Xjenza

Scientix Networking Events

Dawn l-attivitajiet ta’ netwerking għal proġetti edukattivi tax-xjenza jiġbru flimkien koordinaturi tal-proġetti, maniġers u rappreżentanti oħra, minn proġetti edukattivi tax-xjenza Ewropej u nazzjonali u organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni STEM. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa li jaqsmu u jiskambjaw esperjenzi minn proġetti, jippreżentaw ix-xogħol tagħhom, u jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ kollaborazzjoni u sħubijiet ġodda. Kull wieħed minn dawn l-attivitajiet huwa bbażat fuq suġġett speċifiku jew sfida ffaċċjata f’dawn il-proġetti.

Kamra tal-laqgħat online

Scientix Online Meeting Room

Scientix għandha l-għan li tiffaċilita x-xogħol tal-proġetti edukattivi tax-xjenza differenti b’finanzjament pubbliku. F’dan il-kuntest, Scientix toffri l-possibilità lill-proġetti biex jużaw il-"kamra tal-laqgħat online ta’ Scientix". Kwalunkwe proġett li hemm fil-librerija tal-proġetti ta’ Scientix jista’ jitlob li jiskeda laqgħa online, webinar, workshop online, eċċ. għal massimu ta’ 200 parteċipant.

Aqra aktar

Direttorju tal-profili pubbliċi

s Directory

Oħloq il-profil pubbliku tiegħek ta’ Scientix u fittex imsieħba tal-proġetti jew ingħaqad ma’ kollegi li jaħsbuha l-istess bħalek f’pajjiżi Ewropej oħrajn!

Id-direttorju tal-profili pubbliċi ta’ Scientix huwa għodda tat-tiftix u ta’ netwerking ġdida li tgħinek tidentifika msieħba potenzjali ta’ proġetti tal-UE jew professjonisti tal-edukazzjoni STEM li għandhom sfondi u interessi simili. Tista’ tfittex persuni skont il-pajjiż, il-kompetenzi, is-suġġetti jew il-pożizzjoni, jew permezz ta’ kliem kjav.

Biex tibbenefika bis-sħiħ mis-servizz jeħtieġ tirreġistra fuq il-portal ta’ Scientix u timla l-paġna tal-Profil tiegħek.

Direttorju tal-profili pubbliċi

Għodda tat-tlaqqigħ ta’ Scientix

Contact Tool

L-għodda tat-tlaqqigħ ta’ Scientix tippermetti lir-riċerkaturi u lill-maniġers tal-proġetti jikkuntattjaw membri tal-komunità ta’ Scientix (għalliema u professjonist oħra tal-edukazzjoni) u jistidnuhom jikkollaboraw fuq il-proġetti u l-inizjattivi edukattivi STEM tagħhom.

L-għodda hija primarjament maħsuba biex tiffaċilita l-kuntatti bejn l-għalliema tax-xjenza u l-proġetti edukattivi tax-xjenza: inti tista’ tfittex fid-direttorju tal-profili pubbliku skont kwalunkwe professjoni relevanti (eż. għalliema tas-sekondarja, kapijiet tal-iskejjel, eċċ.), pajjiż jew kapaċità, u tikkuntattja lill-membri magħżula direttament.

Ikkuntattja lill-membri tagħna

KOMUNITAJIET TAL-PRATTIKA

Communities of Practice

Il-Komunitajiet tal-Prattika ta’ Scientix (CoP) jinvolvu forum online mmoderat, immexxi minn espert maħtur, fejn l-għalliema STEM ikunu jistgħu jiddiskutu dwar suġġetti tax-xjenza u t-teknoloġija.

F'dan l-ispazju ssib preżentazzjoni bażika dwar is-suġġett, imqabbel ma’ serje ta’ riżorsi utli bħala linji gwida għas-suġġett. Il-parteċipanti jsibu firxa wiesgħa ta’ mistoqsijiet miftuħa biex jistaqsu u jiddiskutu dwarhom.

L-għan tas-CoP huwa li jippermettu lill-parteċipanti jinvolvu ruħhom u jiddiskutu flimkien dwar dawk il-mistoqsijiet li huma l-aktar interessati fihom, biex jifformulaw serje ta’ ideat jew konklużjonijiet finali. Ingħaqad mal-Komunitajiet tal-Prattika!

Forum ta’ diskussjonijiet

Forum ta’ Diskussjonjiet Online

Ingħaqad f’diskussjonijiet dwar l-aktar inizjattivi reċenti fl-edukazzjoni tax-xjenza! Fil-fora ta’ Scientix hemm diskussjonijiet separati għal kull proġett u kull pajjiż. Jistgħu jinħolqu kategoriji ta’ diskussjonijiet ġodda fuq talba.

Il-fora huma miftuħa għal kulħadd; madanakollu, jeħtieġ li tirreġistra fuq il-portal ta’ Scientix biex tipparteċipa fid-diskussjonijiet. Biex tibgħat artiklu ġdid, agħżel kategorija li tixtieq u kklikkja l-buttuna “Ippostja fil ġdid”. Tista’ tikteb bi kwalunkwe lingwa.

Mur fil-forum

Chat ta’ Scientix

Scientix Chat

L-għodda taċ-chat ta’ Scientix hija l-mod kif tista’ tinteraggixxi direttament mal-utenti l-oħra. Biex tibda chat, jeħtieġ li tkun irreġistrat/a fuq il-portal. Wara r-reġistrazzjoni, l-għodda taċ-chat tidher awtomatikament fil-qiegħ tal-kantuniera tan-naħa tal-lemin tal-paġna. Ikklikkja fuq il-buttuna “Ħbieb online” biex tara liema utenti huma online. Biex tiftaħ it-tieqa taċ-“Chat” u tibda konverżazzjoni, sempliċiment ikklikkja fuq isem l-utenti. Fis-settings tista’ tagħżel jekk utenti oħra jistgħux jaraw jekk intix online jew le.

Kif tiċċettja ma’ membru ieħor tal-komunità

Blog ta’ Scientix

Scientix Blog

Il-blog ta’ Scientix huwa ddisinjata bħala spazju għan-nies u għall-proġetti involuti fin-network ta’ Scientix biex jippubblikaw stejjer personali dwar suġġetti kurrent tal-edukazzjoni tax-xjenza fl-Ewropa. Filwaqt li rappreżentanti ta’ European Schoolnet, Ambaxxaturi Ġurnalisti ta’ Scientix u Ambaxxaturi Voluntiera ta’ Scientix huma l-kontributuri ewlenin għall-blog, il-membri l-oħra kollha tal-komunità ta’ Scientix (jiġifieri kull min huwa involut fl-edukazzjoni STEM fid-dinja) – li huma ħerqana jaqsmu l-esperjenza tagħhom f’Scientix - huma inkoraġġiti jipparteċipaw.

Il-blog ta’ Scientix jippreżenta firxa ta’ oġġetti differenti, mir-rappurtar tal-attivitajiet ta’ Scientix għal opinjonijiet u kummentarji dwar is-sitwazzjoni fir-riċerka u l-prattika tal-edukazzjoni STEM, inkluż serje ta’ aħbarijiet jew reviżjonijiet ta’ pubblikazzjoni.

L-opinjonijiet tal-artikli ppubblikati fil-blog ta’ Scientix huma r-responsabbiltá unika tal-awturi u ma jirrappreżentawx l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea, European Schoolnet (EUN) jew Scientix.

Jekk tixtieq tikkontribwixxi għal dan il-blog, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq scientix (at) eun.org

Aqra aktar

Events