Dwar Scientix

Scientix tippromwovi u jappoġġa kollaborazzjoni mifruxa mal-Ewropa kollha fost l-għalliema, ir-riċerkaturi dwar l-edukazzjoni, dawk li jfasslu l-politika STEM (ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika) u professjonisti oħra tal-edukazzjoni STEM.

Fl-ewwel stadju tiegħu (2009-2012), il-proġett bena portal online biex jiġbor u jippreżenta proġetti edukattivi Ewropej STEM u r-riżultati tagħhom, u organizza bosta workshops għall-għalliema. L-attività ewlenija ta’ netwerking kienet il-konferenza ta’ Scientix, li saret f’Mejju 2011 fi Brussell.

L-għan tat-tieni fażi tal-proġett Scientix (2013 – 2015) kien li jespandi din il-komunità għal-livell nazzjonali. Permezz ta’ netwerk ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCPs), Scientix laħqet komunitajiet ta’ għalliema nazzjonali, u kkontribwixxa għall-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali għal użu aktar mifrux ta’ approċċi msejsa fuq il-mistoqsijiet u approċċi innovattivi oħra għall-edukazzjoni tax-xjenza u l-matematika.

Din l-attività titkompla fit-tielet stadju ta’ Scientix (2016-2019), li hija ffinanzjata mill-programm Orizzont 2020 tal-Unjoni Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni. Oriġinarjament Scientix bdiet fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea u, sa mill-bidu tiegħu, kien ikkoordinat minn European Schoolnet, konsorzju ta’ tletin ministeri tal-edukazzjoni bbażat fi Brussell, li huwa fattur ewlieni għall-innovazzjoni fit-tagħlim u jrawwem il-kollaborazzjoni pan-Europew tal-iskejjel u l-għalliema.

Jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-Punt Nazzjonali ta’ Kuntatt ta’ Scientix f’pajjiżek jew lill-uffiċċju ċentrali ta’ Scientix f’European Schoolnet.

Kif tista’ tibbenefika minn Scientix?

Il-partijiet interessati ewlenin ta’ Scientix huma għalliema, riċerkaturi u maniġers tal-proġetti fl-edukazzjoni STEM, u dawk li jfasslu l-politika. Kull wieħed minn dawn il-gruppi jista’ jibbenefika mill-attivitajiet u l-avvenimenti ta’ Scientix.

għalliema:

Riċerkaturi / maniġers tal-proġetti:

Dawk li jfasslu l-politika:

Pubblikazzjonijiet:

  • 2015, Riżultati ta’ Scientix 2. Kif Scientix iżżid il-valur fl-edukazzjoni STEM, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
  • Scientix
  • 2015. L-appoġġ tal-kollaborazzjoni fl-edukazzjoni tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika fl-Ewropa mill-2010, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
  • 2015, It-Tieni Konferenza ta’ Scientix 24-26 ta’ Ottubru 2014. Ir-riżultati, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
  • Scientix
  • 2014, . Il-Komunità għall-edukazzjoni tax-xjenza fl-Ewropa, European Schoolnet: Brussell, Niżżel
  • Scientix
  • 2011, . Il-Komunità għall-edukazzjoni tax-xjenza fl-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Riċerka u Innovazzjoni: Brussell, Niżżel

Scientix on YouTube

Download our promotional materials here

Scientix 3 flyer

Scientix flyer front

Scientix flyer back

Select a language version:
bg   cs   da   de   el   en   es   et   fi   fr   ga   he   hr   hu   it   lb   lt   lv   mk   mt   nl   pl   pt   ro   sk   sl   sr   sv   tr  

Scientix 3 posters