Scientix live

Here you will find information about face-to-face activities organised by Scientix (e.g. workshops in European Schoolnet’s Future Classroom Lab or at other venues) and Scientix’s contributions to conferences, workshops and other events.

You can find the presentations, programmes, etc. of past events here, but you can also see at what events and when Scientix will be present in the future. 

Workshop ta’ proġetti tax-xjenza fil-Laboratorju tal-Klassi tal-Futur

Science Projects Workshops

Il-Laboratorju tal-Klassi tal-Futur (FCL) , proġett indipendenti ta’ European Schoolnet (EUN) u bbażat fl-uffiċċju ta’ EUN fi Brussell, il-Belġju, jipprovdi pjattaforma fejn dawk li jfasslu l-politika jistgħu jerġgħu jirrevedu l-istrateġiji tal-ICT tagħhom u fejn l-għalliema, il-kapijiet tal-iskejjel u l-konsulenti tal-ICT jistgħu jesperimentaw b’approċċi pedagoġiċi innovattivi fi ħdan ambjenti ta’ tagħlim flessibbli. Dan jipprovdi spazju rikonfigurabbli kbir mgħammar b'teknoloġija avvanzati u kamra ddisinjata bħala klassi interattiva biex turi kif setting ta’ klassi tradizzjonaili tista’ tuża t-teknoloġija biex ittejjeb l-interattività u l-parteċipazzjoni tal-istudenti.

Attivitajiet tax-xjenza fl-FCL huma organizzati taħt l-isem umbrella ta’ “Workshop ta’ Proġetti tax-Xjenza fil-Laboratorju tal-Klassi tal-Futur”. Dan it-terminu nkiteb matul l-ewwel fażi tal-proġett Scientix, wara li l-ewwel Workshop ta’ Proġetti tax-Xjenza fl-FCL kien organizzat minn Scientix. Dawn l-attivitajijet għandhom l-għan doppju li jħarrġu lill-għalliema fl-użu tat-teknoloġiji fil-klassi flimkien mal-materjali u l-pedagoġiji minn proġetti u jinkoraġġixxi lil proġetti tax-xjenza jaħdmu flimkien

Aqra aktar

Workshops ta’ Scientix f’attivitajiet oħra

Workshops ta’ Scientix f’attivitajiet oħra

Workshops ta’ Scientix kontinwament isiru f’postijiet differenti fl-Ewropa fi ħdan il-kuntest ta’ attivitajiet organizzati minn proġetti jew organizzazzjonijiet oħra.

L-għan ta’ dawn il-workshops huwa biex jippreżentaw is-servizzi ta’ Scientix lill-għalliema, maniġers tal-proġetti jew atturi relevanti oħrajn jew biex iservu ta’ preżentazzjoni għal proġetti edukattivi oħrajn tax-xjenza.

Jekk taf dwar attitività fejn Scientix tkun tista’ tikkontribwixxi għall-programm jew tixtieq tingħaqad f’workshop ta’ Scientix bħala preżentatur, ibagħtilna e-mail fuq agueda.gras (at) eun.org.

Aqra aktar

Preżentazzjonijiet ta’ Scientix

Scientix presentations

Biex tiżgura aktar li jkun hemm aktar disseminazzjoni ta’ Scientix u s-servizzi tiegħu lil maniġers tal-proġetti, lill-għalliema u lir-riċerkaturi fl-edukazzjoni tax-xjenza, huwa importanti li jkun preżenti f’kemm jista’ jkun attivitajiet possibbli (permezz ta’ powsters, preżentazzjonijiet jew netwerking).

Dawn il-preżentazzjonijet f’attivitajiet differenti jiffaċilitaw il-possibilità li Scientix ikun ta’ servizz għal proġetti u inizjattivi STEM oħrajn.

Aqra aktar

Webinars ta’ Scientix

Scientix Webinars

Scientix jorganizza webinars regolarment li huma miftuħa bla ħlas għal kulħadd! Il-webinars huma forum ta’ taħriġ online, u opportunità ideal għall-edukaturi biex iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi fit-tagħlim tax-xjenza.

Il-webinars normalment idumu siegħa u huma tajbin għal kull min jixtieq jesplora topiks eċċitanti fl-edukazzjoni STEM, bħall-komputazzjoni 1:1, it-tagħlim tal-lingwi fil-klassi tax-xjenza, STEM fi gradi aktar baxxi fl-iskola, jew simulazzjonijiet tax-xjenza online fl-Edukazzjoni tax-Xjenza Bbażata fuq l-Inkjesta (IBSE).

Aqra aktar

Moodle ta’ Scientix

Scientix Moodle

Il-Moodle ta’ Scientix ġiet iddisinjata bħala pjattaforma tat-tagħlim għall-pari għall-iskambju ta’ prattiki tajba fost l-għalliema STEM. L-aktar korsijiet reċenti fuq il-pjattaforma ta’ Moodle ġew żviluppati minn għalliema minn sfondi nazzjonali differenti, li qasmu l-esperjenzi tagħhom fl-użu ta’ għodod u pedagoġiji differenti fil-klassijiet tagħhom. Il-korsijiet huma skont il-pass tiegħek u jistgħu jkunu aċċessati minn kulħadd, fi kwalunkwe ħin. L-utenti m’għandhomx għalfejn joħolqu kont ta’ Moodle biex isegwuwhom.

Minn Settembru 2016 sa Frar 2017, il-Moodle ta’ Scientix hija wkoll il-pjattaforma ewlenija użata għaż-żewġ edizzjonijiet tal-Kors ta’ Taħriġ tal-Ambaxxaturi ta’ Scientix, organizzati minn Scientix.

Żur il-Moodle

Calendar of Scientix live events

Lulju, 2018